OCT
22
Fjakkolata fl-okkazzjoni ta' l-Festa tal-Madonna ta' Fatima.

 
 
It-13 ta' Ottubru hu l-jum ta' l-ahhar dehra tal-Madonna ta' Fatima.  Ghal din l-okkazzjoni il-komunita' ta' Santa Lucija b' mod differenti ticcelebbra din il-festa, billi li fil-knisja ssir koncelebrazzjoni u dritt wara tohrog il-purcissjoni bl-istatwa tal-Madonna ta' Fatima (xoghol ta' l-istatwarju Wistin Camilleri Cauchi).  Waqt li l-istatwa tal-Madonna ta' Fatima tkun ddur fit-toroq tal-Komunita' ta' Santa Lucija, tkun qieghda ssir fjakkolata fuq l-gholja ta' Ghar Ilma.  Din il-fjakkolata tigi organizzata miz-zghazagh ta' din il-Komunita.
 
 

◄ back