OCT
22
Symphony of Lights 2013

 
Is-Sibt 19 ta' Ottubru 2013, il-Kumitat Amministrattiv ta' Santa Lucija organizza it-tieni edizzjoni tas-Symphony of Lights.  Din is-sena l-attivita' kienet success ukoll bhalma kienet tas-sena li ghaddiet.   Biex tittella' din l-attivita' ikun hemm bzonn hafna fondi, u l-Kumitat inghata fondi mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali kif ukoll mill-Ministeru ghal Ghawdex.  F' din is-serata hadu sehem il-Gozo Youth Wind Band Orchestra, taht id-direzzjoni tal-Mro. Joseph Grech, bis-sehem tal-kantanta zaghzugha Kelly Cassar, li hi mill-Komunita' ta' Santa Lucija u mis-Soprana Giorgina Gauci.   F' dan il-kuncert indaqqu siltiet minn: opri, musicals, medleys u kanzunetti popolari.  F' din l-attivita' kien hemm ukoll spettaklu ta' dawl u loghob tan-nar. Dan il-kuncert jidher li nizel tajjeb hafna mal-udjenza numeruza li attendiet.  
 
 
 
 
 
 
 
 
 

◄ back