DEC
2
Tindif tal-Gibjun fil-Pjazza ta' Santa Lucija

Fi Frar tal-2013 il-Kumitat Amministrattiv ta' Santa Lucija inghata fondi mill-iskema ghall-inizjattivi specjali.  Il-Kumitat applika biex jirranga dan il-gibjun u nghata is-somma ta' €15,000.  Mal-ewwel inbeda x-xoghol biex inkunu nistghu ninzlu fil-gibjun u naraw il-hsara li kien hemm peress li dawn l-ahhar snin ma kienx ghadu jimtela' u jzomm ilma go fih.  Dan jilqa go fih madwar 1800 metru kubu ta' ilma.  Dan il-gibjun gie mhaffer gol-blat fi zmien l-Inglizi biex iservi ghal riserva tal-akwadott biex meta kienet tkun sena xotta mill-ilma kienu juzaw l-ilma tieghu biex jitwassal sac-Citadella fil-Belt Victoria.  Ix-xoghol kien jikkonsisti billi l-ewwel tnaddaf l-gibjun mill-hama u terrapien li kien fih, trangaw ix-xquq li kien hemm fil-blat, inghata l-bejt tal-konkos minn barra u saret il-bankina biex jigi salvagwardjat il-propja saqaf tieghu.  Bhala prekawzjoni tpoggiet xatba fil-bieb tal-mina li taghti mill-gibjun ghal mini tal-akwadott fi Triq Ghar Ilma.
 
 
 

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

◄ back