AUG
6
Imut Mons. Girgor Vella

Ilbieraħ il-Ħadd 5 t’Awwissu tħabbret il-mewt ta Mons. Girgor Vella fl-għomor ta 92 sena. Il-funeral ser isir nhar it-Tlieta 7 t’Awwissu. Fis-2.30pm il-kadavru ta Mons. Vella jitlaq mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex lejn il-Knisja Parrokjali ta’ San Lawrenz fejn jiġi milqugħ mill-Kappillan Dun Nazju Borg. Hemm isir mument ta’ talb ġewwa l-Knisja.

 

Wara l-korteo jitlaq lejn Ta’ Kercem fejn il-kadavru jigi milqugħ mill-Kappillan il-Kan. Brian Meilak. It-tebut jitqiegħed ġewwa ċ-Ċentru Parrokjali 8 ta’ Lulju fejn isiru mumenti ta’ talb. Fl-4.15pm il-Banda San Girgor takkumpanja l-korteo funebri miċ-Ċentru Parrokjali sas-Santwarju Parrokjali tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir fejn fil-5pm issir Quddiesa mmexxija min Mons. Isqof Mario Grech b’rappreżentanza tal-Kapitlu Katidrali, Arċiprieti, Kappillani, Kleru, u Reliġjużi. Wara ssir id-difna fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija fir-Rabat.

 

Is-Sindku u l-Kunsilliera tal-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem f’isem il-poplu kollu Kerċmi jixtiequ jagħtu l-kondoljanzi lill-familjari ta’ Mons. Vella. RIP.


◄ back