APR
16
Issir il-Fiera Festa ta' l-Għadira

Il-bieraħ, il-Ħadd 15 t'April ġiet organizzata t-28 edizzjoni tal-Fiera Festa tal-Għadira fl-inħawi magħrufa bħala ta San Raflu fejn eluf ta Għawdxin u Maltin ħonqu kull parti ta madwar l-Għadira ta' San Raflu. Din is-sena il-Fiera Festa kellha format differenti. Fil-fatt l-organizzaturi użaw medda akbar ta art li ddawwar din l-għadira pittoreska. It-temp sabiħ li kellna matul il-ġurnata kien fattur importanti sabiex din l-attivita kienet suċċess.

 

Fil-Fiera Festa ta din is-sena reġgħet ġiet organizzata l-wirja b'għodda agrarji li saret ma tul l-aħħar parti tal-triq li twasslek sal-Għadira ta' San Raflu. Għal sena oħra saret ukoll l-isparatura fuq il-plattini li hija sinonima mal-Fiera Festa tal-Għadira. L-istands li jsiru ta kull sena ma naqsux: kien hemm l-istand tal-gidien, l-istand tal-flieles, il-logħba tal-fliexken, u l-istand bil-pjanti. L-organizzaturi ħasbu ukoll għall-area kbira tat-tfal fejn kien hemm it-train, il-bouncy castle, u l-quad bikes. Il-membri tal-ERRC kienu ukoll preżenti waqt il-Fiera fejn organizzaw attivita avventuruża fuq l-Għadira. L-istands ta ikel u xorb ma naqsux waqt il-Fiera Festa. Din is-sena kien hemm ukoll car boot sale u stand imtella mill-Inspire.

Il-Kunsill Lokali Ta' Kerċem jixtieq jifraħ lil Dun Roberto Gauci li flimkien mal-membri tal-Għaqdiet tar-raħal organizzaw din l-attivita li kienet suċċess kbir.


◄ back