APR
19
Issir Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-Kerċem Ajax F.C.

Titwaqqaf Kumpanjia u Jitħabbru ċ-Ċelebrazzjonijiet tar-Rebħ tal-Kampjonat

Il-bieraħ it-Tlieta 18 t’April 2012 twaqqfet uffiċjalment il-kumpanija Kerċem Ajax Ground Co. Ltd. Din il-kumpanija ġiet iffurmata bil-għan li tiżviluppa u tamministra l-ground bit-turf sintetiku labarba dan jigi approvat mill-MEPA l-ġimgħa d-dieħla. Il-laqgħa ġenerali tmexxiet mis-Segretarju s-Sur Albert Camilleri flimkien mal-President is-Sur Gino Mizzi, l-accountant is-Sur Malcolm Meilaq, u l-Avukat Dr. Joshua Greċh. Dawn taw spjegazzjoni għaliex ser titwaqqaf din il-Kumpanija. Il-pubbliku preżenti fosthom is-Sindku Mario Azzopardi, l-Kunsilliera David Mizzi, Saverio Grech, u Raymond Azzopardi u numru ta tesserati tal-Ċlub pparteċipaw fid-diskussjoni u wara ġie mressaq il-vot li għadda unanimament.

Fl-istess laqgħa l-kumitat ħabbar programm ta ċelebrazzjonijiet fl’okkażjoni tar-rebħ tal-kampjonat tat-tieni diviżjoni. Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ser ikun nhar is-Sibt li ġej meta wara l-aħħar logħba kontra Oratory Youths, it-tim tagħna ser jiġi preżentat bit-trofew. Waqt il-logħba ser ikun hemm briju organizzat mis-supporters, wara l-logħba jsir carcade kbir sa Ta’ Kerċem, u wara ċ-ċelebrazzjoni tkompli ġewwa l-każin. Il-kumitat stieden lil poplu Kerċmi kollu sabiex ikun hemm attendenza numeruża waqt il-logħba.


◄ back