OCT
8
Zjara tal-President ta' Malta fl-iskola Santa Tereza f' Ta' Kercem.

Nhar il-Hamis 4 ta' Ottubru 2012, il-President ta' Malta Dr. George Abela ghamel zjara fl-iskola Primarja Santa Tereza, gewwa Ta' Kercem bhala parti miz-zjarat tieghu fl-iskejjel tal-knisja gewwa Ghawdex.  L-Eccellenza tieghu gie milqugh mis-Superjura Sor. Lucy Vella, mis-Sindku ta' Kercem is-Sur Mario Azzopardi, mill-istaff u l-istudenti tal-istess skola.  Fi programm qasir xi studenti kantaw l-innu tal-iskola Santa Tereza flimkien ma' xi innijiet ohra u inqrat peozija min student dedikata lill-President u li fl-ahhar giet ipprezentata lillu.

 

 

 

F' diskors qasir tal-okkazzjoni il-president fahhar l-amministrazzjoni u l-organizzazjoni ta' din l-iskola u rringrazzja lis-sorijiet u l-istaff kollu ghad-dedikazzjoni taghhom ghal gid u l-edukazzjoni ta' dawn l-istudenti.  Il-Madre Superjura Sor. Lucy Vella fid-dikors taghha irringrazzjat lill-President talli ghogbu izur din l-iskola u pprezentat tifkira lill-President.  Minn naha tieghu il-President irregala wkoll xi kotba ghal librerija ta' din l-iskola.  Huwa halla din l-iskola wara li sellem lill-ghalliema, sorijiet u studenti.

 

 


◄ back