OCT
30
Symphony of Lights 2012

Nhar is-Sibt, 20 t'Ottubru 2012, il-Kumitat Amministrattiv ta' Santa Luċija organizza serata muzikali bl-isem ta' Symphony of Lights taħt il-patroċinju ta' Dr Chris Said, Ministru tal-Ġustizzja, Djalogu u Familja, bis-sehem tal-Gozo Youth Wind Band taħt id-direzzjoni ta' Mro Joseph Grech bil-partiċipazzjoni tas-Sopran żagħżugħa Christabel Formosa li hija mill-istess komunita' ta' Santa Luċija.

 

F'dan il-programm mużikali ġew segwiti dawn is-siltiet: Mamma Mia, Big Picture, Best of Maltese Folklore, Bella Italia, Classic Gold, Pirates - At World's End, Fantasia on British Sea Songs u Viva Verdi. Is-Sopran Christabel Formosa li ħadet parti f'din is-serata kantat Medley minn Mary Poppins, O Sole Mio u Santa Lucia.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


◄ back