OCT
12
TIGI FIT-TMIEMHA IR-4 EDIZZJONI TA' FESTUBRU

 

Għar-raba’ sena konsekuttiva, l-Ghaqda Muzikali San Girgor flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Kercem kienu l-protagonisti ewlenin fl-organizzazzjoni tal-festival ta’ tradizzjoni, ikel u folklor ghall-familja kollha - FESTUBRU.

 

Il-Kumitat Organizzattiv ghal darb’ohra ipprezenta programm mimli attivitajiet u attrazzjonijiet diversi marbuta direttament mat-tradizzjonijiet imsemmija, li fost l-ohrajn jinkludu xoghol ta’ artigjanat, snajja lokali, kif ukoll produzzjonijiet tipici bhal zejt taz-zebbuga u ghasel.

 

 

Festubru 2012  gie mniedi waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Assistent Segretarju Parlamentari Onor. Dott. Beppe Fenech Adami li ghaliha attendew is-Sindku Mario Azzopardi u l-President Dott. Joshua Grech u li saret fil-Berga t’Aragona.  Aktar tard saret konferenza ta’ l-ahbarijiet gewwa l-istess Wied li jospita dan il-Festival popolari gewwa Wied il-Lunzjata liema konferenza ttellghet mill-Ministru ghal Ghawdex Onor. Giovanna Debono, il-Vici Sindku Antoinette Borg u mill-President tal-Ghaqda Dott. Joshua Grech. 

 

Intant nhar il-Gimgha 5 ta' Ottubru, infetah is-separju ghar-4 edizzjoni ta’ Festubru fil-Wied tal-Lunzjata.

 

Mijiet ta' tfal minn diversi skejjel primarji kif ukoll studenti tal-ewwel sena fis-sekondarja, akkumpanjati mill-ghalliema taghhom, f'gurnata tipikament estiva, matul in-nofs ta' nhar ta' filghodu imlew l-inhawi tal-Wied biex jassistu ghal dak kollu li kien imhejji ghalihom kif ukoll spjegazzjoni ta' diversi aspetti ta' interess storiku u ambjentali marbuta ma' Wied il-Lunzjata.

 

 

It-tieni jum tal-Festival fetah fl-10.00a.m. bl-attivita’ ‘Mixja mal-Wied’ – tour organizzat bi spjegazzjoni dettaljata dwar diversi aspetti marbuta ma’ Wied il-Lunzjata, immirat ghal residenti Maltin u barranin li sa minn jiem qabel ibbukkjaw biex jiehdu sehem f’din l-attivita kulturali li tmexxiet bi professjonalita’ minn Joe Grima B.A.

 

Kif ippjanati wara nofsinhar issokktat l-attivita’ bid-diversi attrazzjonijiet bhal esebizzjoni ta’ xoghol fuq in-newl u qasab, tiswir ta’ hbula, ikel tradizzjonali u t-tverna tal-inbid fost l-ohrajn.

 

Innovazzjoni partikulari din is-sena kienet l-attrazzjoni tal-produzzjoni taz-zejt taz-zebbuga iprocessat dak il-hin stess permezz ta’ makkinarju li jaghsar iz-zebbug. Din l-istand kienet ukoll armata b’diversi kontenituri tal-hgieg bi kwalitajiet differenti ta’ zebbug imkabbar f’pajjizna.

 

Ma naqsitx is-solita stand tal-hxejjex friski u prodotti ohra lokali li kienet thajjar lil dawk kollha li kienu ghaddejjin biswit il-Bieb ta’ Wied il-Lunzjata biex jixtru ftit prodotti friski u frott iehor imqadded bi prezzijiet moderati.

 

 

Stand ohra interessanti kienet dik tal-gammijiet ta-frott li wiehed setà jduq b’xejn dak il-hin stess minn fuq il-mejda armata apposta.

 

Novità ohra li gibdet ukoll hafna l-interess tal-pubbliku kienet dik tan-nahal, fejn wiehed sta jara mill-qrib ferh nahal bir-regina tieghu u l-process tal-ghasel u l-gbir tieghu u minn fejn wiehed seta jixtri l-ghasel bnin ta’ Ghawdex.

 

Attrazzjoni ohra specjali jkunu l-mijiet ta’ fjakkli li jzejnu b’mod uniku id-dintorni rustici tal-Wied u jdahhluh f’atmosfera unika li ssahhar lil kulhadd.

 

Ghall-habta tat-8.00p.m. fuq il-palk principali, hdejn l-istatwa ta’ San Guzepp inzamm spettaklu ta’ zfin u kant. Beda il-grupp folkloristiku tal-Fuklar li bid-daqq ta’ strumenti tradizzjonali u l-kant tal-brava Ruth Portelli zamm kumpanija sabiha lil dawk prezenti jassistu ghal din is-serata. Warajhom hadu sehem iz-zeffiena tal-kumpanija Centre Stage Academy kif ukoll ta’ Yanica Dance Academy. Il-programm kien imzewwaq ukoll bi zifniet folkloristici ipprezentati mill-membri ta’ Ciangura Folk Group u l-kant Country ipprezentat minn Ryan Farrugia kif ukoll permezz ta’ diversi kantanti lokali.

 

 

L-inhawi ta’ qrib il-Kappella tal-Lunzjata kienu ikkaratterizzati mill-hsejjes helwa tal-mandolina, ipprovduti minn Joseph Refalo li akkumpanjaw l-ahhar vizitaturi u l-ahhar sieghat ta’ dan il-jum.  Matul din is-serata saret ukoll zjara ta’ kortesija mill-Ministru tal-Gustizzji l-Onor. Dott. Chris Said. 

 

Il-Hadd 7 ta’ Ottubru, l-ahhar jum ta’ Fesubru, fetah ghall-habta tal-10.00 a.m. bil-Loghba tradizzjonali tal-Brilli li hija wahda mill-partikularitajiet tar-rahal taghna ta’ Kercem. Diversi rgiel dilettanti regghu taw il-hajja lil din il-loghba antika propju fin-naha t’isfel ta’ Wied il-Lunzjata fejn qattghu l-isbah saghtejn f’dan id-delizzju preferit taghhom. Dawk prezenti kellhom ix-xorti jaraw din il-loghba li tinsab f’xifer l-estinzjoni tintlaghab fl-originalita’ kollha taghha.

 

Wara nofsinhar kellna zjara ta’ kortesija mill-Ministru ghal Ghawdex l-Onor Giovanna Debono. Fost l-ohrajn saret preżentazzjoni tal-mejda tal-hobz tradizzjonali malti gentilment ipprovdut minn David Mercieca ta’ David’s Bakery, fejn fost l-ohrajn gew maqsuma zewg bziezen kbar ta’ tlettax il-pied li gibdu l-attenzjoni ta’ dawk kollha prezenti u wara gew servuti bi prodotti lokali u bnin bhaz-zejt taz-zebbuga, tadam, zebbug, basal, kappar u tadam imqadded li fetah l-aptit ta’ dawk kollha li kienu prezenti.

 

L-ahhar attrazzjoni kienet il-wirja ta’ ghasafar tal-priza li dehru tant sbieh fl-ambjent miftuh u naturali ta’ Wied il-Lunzjata. Hadu interess fit-trobbija ta’ dawn l-ghasafar spjegata minn sidhom mhux biss it-tfal li ssahhru wara l-ghasafar imma wkoll il-kbar.

 

Matul it-tliet ijiet tal-festival ġiet iccelebrata quddiesa fil-kappella ċentenarja tal-Lunzjata mir-Rettur Mons. Karm Borg. 

 

 

B’hekk giet fi tmiemha din ir-raba edizzjoni tal-Festival Festubru – festa ta’ lwien u tradizzjonijiet li qed jattiraw kull sena mijiet ta’ Maltin, Ghawdxin u barranin li joghgobhom jigu jzuruna f’dan il-Wied pittoresk tal-Lunzjata.

 

L-Ghaqda Muzikali San Girgor tixtieq tirringrazzja lil Kumitat Organizzattiv kif ukoll lill-Kunsill Lokali ta’ Kercem, entitajiet governattivi u ohrajn li bil-ghajnuna taghhom stajna nerghu intellghu b’success dan il-festival, kif ukoll lill-partecipanti kollha li hadu sehem u fl-ahhar u mhux l-inqas lil kull min nizel igawdi l-ambjent uniku ta’ Wied il-Lunzjata fil-jiem tal-festival ta’ ikel, tradizzjoni u folklor – FESTUBRU 2012.

 


◄ back