DEC
27
FTUĦ UFFIĊĊJALI TAT-TISBIEĦ TAZ-ZUNTIER TAL-PARROĊĊA TA' KERĊEM

Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2012 ser jibqa jum memorabbli fl-istoria tal-parroċċa Ta' Kerċem. Huwa l-jum li wara diversi xhur ta' ħidma ġie inawgurat uffiċċjalment iz-zuntier il-ġdid tas-Santwarju Parrokkjali Ta' Kerċem.  Iċ-ċerimonja uffiċċjali bdiet fil-11.15am.  F'din iċ-ċerimonja ħadu sehem, il-kor u l-orkestra Stella Maris taħt id-direzzjoni tal-Mro Carmel P. Grech, kif ukoll il-kor taħt id-direzzjoni ta' Christabelle Formosa.  Saru wkoll tlett messaġġi: l-ewwel messaġġ minn Dun Roberto Gauci li tkellem dwar l-importanza taz-zuntier fil-knejjes tagħna kif ukoll ta dettalji dwar ix-xogħolijiet li saru fuq iz-zuntier tas-Santwarju Parrokkjali Ta' Kerċem.  Messaġġ sar mill-Kappillan Dun Brian Mejlak li fih wassasl ringrazzjamenti tiegħu lill kull min ta s-sehm tiegħu fosthom il-Ministeru għal Għawdex kif ukoll lis-Sindku is-Sur Mario Azzopardi, lill-Kunsilliera kif ukoll l-istaff tal-Kunsill Lokali Ta' Kerċem.  L-aħħar messaġ kien dak tal-Onor. Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi. Wara id-diskorsi il-kappillan ipprezenta wkoll xi tifkiriet.

 

 

Wara li ntemet iċ-ċerimonja fil-Knisja, il-mistednin ħarġu mill-knisja u mxew flimkien lejn it-taraġ prinċipali fejn imbagħad sar il-kxif ta' lapida kommemorattiva mill-Prim Ministru u sar it-tberik taz-zuntier mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech.  Iċ-ċerimonja intemmet bil kant tal-Innu Mallti u wara kien hemm riċeviment għal kull min attenda.

 


◄ back