DEC
9
Restawr tan-niċċa tal-Madonna tal-Karmnu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-Kunsill Lokali Ta' Kerċem ta bidu għall-aħħar fażi ta' tisbieħ tal-madwar in-niċċa tal-Madonna tal-Karmnu li tinsab fi Triq Qasam San Ġorġ, kantuniera ma triq San Niklaw.  Dan wara li aktar kmieni matul din is-sena sar ir-restawr tal-istatwa kif ukoll tan-niċċa tal-Madonna tal-Karamnu.  Qed isir ukoll tindif tal-madwar biex issir mogħdija aħjar għal-ilma tax-xita biex jinqata' l-periklu għat-traffiku u nevitaw li ssir aktar ħsara għat-triq.  Huwa maħsub li jitħawlu xi siġar biex b' hekk tingħata dehra isbah f'dan il-post.


◄ back