DEC
16
Istrina 2015 - Community Chest Fund

Il-Kunsill Lokali ta' Ta' Kercem f'isem il-Community Chest Fund jixtieq jirringrazzja lir-residenti kollha ta' Ta' Kercem li ghamlu id-donazzjoni taghhom b'risq l-Istrina 2015 waqt il-gabra l saret nhar is-Sibt li ghadda.
Din il-gabra saret bl-ghajnuna ta' membri mill-Kunsill Ta' Kercem, mill-Ghaqda tan-nar, mill-Ghaqda ta' Kercem Ajax, mill-Ghaqda t'Ghajn Tuta, u mill-Ghaqda tal-Banda San Girgor u mill-Ghaqda tal-Parrocca Ta' Kercem.


◄ back