JUL
3
PROGRAMM TAL-FESTI SOLENNI F’ĠIEH IL-MADONNA TAS-SOKKORS

PROGRAMM TAL-FESTI SOLENNI F’ĠIEH

IL-MADONNA TAS-SOKKORS

Meqjuma fis-Santwarju Parrokkjali

Ta’ Kerċem

3 sat-13 ta ’ Lulju, 2014

Il-Ħamis, 3 ta’ Lulju – l-ewweljum tan-Novena

Jum il-Familja

7.00p.m.:

 

Membri tal-Komunità Ewkaristika tal-Parroċċa jmexxu t-talba

tar-Rużarju. 7.30p.m.: Quddiesa mmexxija minn Fr Mark Demanuele MSSP .   Għal din il-quddiesa huma mistiedna l-familji tal-parroċċa, b’mod speċjali dawk il- koppji li żżewġu f’din l-aħħar sena kif ukoll dawk li din is-sena qed jiċċelebraw il-25 , il- 50 u s - 60 anniversarju taż-żwieġ tagħhom.  Il-quddiesa tkun bis- sehem tal-Banda San Girgor flimkien mal-Kor tat-tfal tal-Parroċċa. Wara l-Quddiesa, ix-xbieha devota tal-Madonna tas-Sokkors titqiegħed taħt il-mant tagħha, akkumpanjata mid-daqq tal-Banda San Girgor.

 

9.00p.m.:

   

Il-membri kollha tal-għaqdiet relatati mal- festa huma mistiedna għal mument ta’ fraternità flimkien fil-bitħa ta’ maġenb il-Knisja.

Il-Ġimgħa, 4 ta’ Lulju - it-tienijum tan-Novena

Jum is -Saċerdoti u l-Persuni Ikkonsagrati

7.30p.m.: Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr lil Alla mmexxija mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech fl-okkażjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Madre Margerita Debrincat bħala Venerabbli.  Il-Venerabbli Madre Margerita twieldet u għaddiet it-tfulija tagħha f’Kerċem.   Il- quddiesa ser tkun iċċelebrata fi Pjazza San Girgor bis- sehem ta’ diversi saċerdoti u reliġjużi, b’mod speċjali s- Sorijiet Franġiskani, li janimaw ukoll il-kant waqt il-Quddiesa.

Is-Sibt, 5 ta’ Lulju – it-tieletjum tan-Novena u l-aħħar Sibt tal-Madonna

Jum il-Ħajja

6.30p.m.: It-talba tar-Rużarju titmexxa minn xi koppji żgħar li jieħdu sehem fil-laqgħat tal-koppji. 7.00p.m.: Quddiesa minn Dun Anton Teuma, delegat ta’ Mons Isqof għall- familja.   Għal din il-quddiesa huma mistiedna l-familji li kellhom tarbija f’din

l-aħħar sena u dawk li qegħdin jistennew tarbija.  Wara t-tqarbin issir il- preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna tas- Sokkors.  L-intenzjoni tal-quddiesa tkun b’suffraġġju tal-membri tal-parroċċa li f’din l-aħħar sena għaddew għall- ħajja ta’ dejjem. 

Il-Ħadd, 6 ta’ Lulju – ir-raba’jum tan-Novena

Jum l-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ

10.30a.m.: Quddiesa mmexxija mill-Kappillan tal-Munxar Dun Michael Said.  Mistiedna l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tal-parroċċa.

 

It-Tnejn, 7 ta’ Lulju – il-ħamesjum tan-Novena

Jum il-Ministerjalità u l-Volontarjat

6.30p.m.: L-abbatini jmexxu t-talba tar-Rużarju. 7.00p.m.: Quddiesa mmexxija mill-Kappillan Dun Brian Mejlak, Direttur Djoċesan tal-Abbatini, li fiha ssir il-vestizzjoni ta’ tliet abbatini ġodda.

 

Il- quddiesa tkun bis- sehem ta’ dawk li qed jaqdu xi ministeru jew qed joffru xi servizz fil-parroċċa.  9.00p.m.: Ikla tal-Festa fi Triq l-Avukat Anton Calleja, akkumpanjata minn serata ta’ divertiment bis- sehem ta’ Mario Caruana. Biljetti jinkisbu mill- Uffiċċju Parrokkjali jew mill-membri tal-Kumitat tal-Festa

It-Tlieta, 8 ta’ Lulju – is-sitt jum tan-Novena

JUM IS-SOLENNITÁ TA’ OMMNA MARIJA TAS-SOKKORS

Jum it-Tfal

6.30p.m.: It-tfal imexxu t-talba tar-Rużarju 7.00p.m.: Il-Kappillan Dun Brian Mejlak imexxi quddiesa bis- sehem tat- tfal tal-parroċċa.  Matul il-quddiesa Clive Xerri jirċievi l-Ewwel Tqarbina.  9.30p.m.:

     

‘Lejla t- 8 ta’ Lulju’ - attività soċjali maġenb il-Knisja Parrokkjali bis- sehem ta’ Live Duo Kurt & James.

L-Erbgħa, 9 ta’ Lulju – l-ewwel jum tat- Tridu u d-29 anniversarju ta’ l- Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari

Jum l-Anzjani u l-Morda

6.30p.m.: Membri tal-Grupp tar-Rużarju jmexxu t-talba tar-Rużarju

  7.00p.m.: Konċelebrazzjoni mmexxija minn Dun Franklin Vella, Kollaboratur Parrokkjali u wieħed mill-Kappillani fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.  Wara l-priedka tat-Tridu jingħata s- Sagrament tad-Dilka tal- Morda lill-anzjani u morda preżenti li jkunu jixtiequ jirċievu dan is- sagrament. Wara l-Quddiesa jmexxi l-Barka Sagramentali Mons Ġużeppi Grech.

  Fit-tlitt ijiem tat-Tridu jippriedka Kan Mikiel Borg, Rettur tal-Knisja ta’ Marsalforn u wara l-quddiesa tat-tridu tingħad il-Kurunella, jitkanata l-Innu Ave Maris Stella, l-Antifona Beatam Me Dicent u tingħata l-Barka Sagramentali.  9.00p.m. : Riċeviment offrut mill-Għaqda Mużikali San Girgor għall- membri kollha tad-diversi għaqdiet relatati mal- festa fil-Każin tal-Banda.

Il-Ħamis, 10 ta’ Lulju - it-tieni jum tat- Tridu

Jum l-Għaqdiet tal-Parroċċa

6.30p.m.: Membri tad-diversi għaqdiet  imexxu t-talba tar-Rużarju. 7.00p.m.: Konċelebrazzjoni mmexxija minn Mons Girgor Grech.  Wara l- Quddiesa jmexxi l-Barka Sagramentali Dun Franġisk Sultana, Rettur tal-Knisja ta’ Santa Luċija.

  9.30p.m.: Dimostrazzjoni bl-Istatwa taż-Żewġ Patruni tal-Parroċċa, xogħol tal-artist Michael Camilleri Cauchi (1996), akkumpanjata mill-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ u l-Banda San Ġużepp t’Għajnsielem, li titlaq minn Triq Anton Calleja.  12.00a.m.: L-istatwa tittella’ fuq il-pedestall tagħha fi Pjazza Salvatore Busuttil b’marċi u innijiet popolari.  Wara jsir feature awdjo viżiv ikkumplimentat b’mużika u dwal.

Il-Ġimgħa, 11 ta’ Lulju - it-tieletjum tat- Tridu

Jum l-Emigranti u r-residenti Kerċmin li joqogħdu barra l-parroċċa

6.30p.m.:

  

Emigranti u Kerċmin residenti barra mill-parroċċa jmexxu r-

rużarju.

7.00p.m.:

 

Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Arċipriet Dun Reuben Micallef.   Wara l-quddiesa jmexxi l-Barka Sagramentali Dun Daniel Grech.

 

Wara l- emigranti u Kerċmin residenti barra mill-parroċċa huma mistiedna għal bibita fuq iz-zuntier.

 

Ma’ dawn huma mistiedna wkoll ir-residenti barranin li joqogħdu fil-parroċċa.  9.30p.m.: Dimostrazzjoni bl-istawa tal-Madonna tas- Sokkors, xogħol tal- artist Wistin Camilleri (1946), li titlaq minn Triq Għajn Tuta akkumpanjata mill-Banda San Girgor u mill-Banda Prekursur tax-Xewkija.

  9.45p.m.: Ħruq ta’ logħob tan-nar tal-kulur u pyro-musical display minn Wied il-Lunzjata.  12.00a.m.: L-istatwa tal-Madonna tittella’ fuq il-pedestall tagħha fi Pjazza San Girgor b’marċi u innijiet marjani.

Is-Sibt, 12 ta’ Lulju

Lejlet il-Festa

9.00a.m.:

 

Quddiesa Solenni tat-Te Deum immexxija minn Mons Karm Borg, Rettur tal-Kappella tal-Lunzjata. Mill-5.00p.m. sat- 8.00p.m. ikun hawn konfessuri barranin għall- qrar 6.45p.m.: Translazzjoni Solenni mmexxija minn Mons Ġużeppi Gauci. 7.00p.m.:

  

Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Mons Giovanni Gauci, Vigarju Ġenerali, flimkien mal-Kleru tal-Parroċċa. Wara l-Quddiesa jmexxi l-Barka Sagramentali Dun Roberto Gauci . 9.30p.m. Marċ mill-Banda San Girgor minn quddiem is-sede tagħha fi Pjazza Orvieto u minn Triq Ġużè Flores jitlaq marċ mill-Banda Ċittadina Leone .

 

Iż-żewġ baned jingħaqdu flimkien fi sfilata ta’ marċi fi Pjazza San Girgor u Triq Anton Calleja sa Triq il-Kalandrijiet. 12.00a.m.:

  

Spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-art.  Il-qofol tal-ispettaklu jintlaħaq bir-replika tal-vapur tal-art mekkanizzat li jikkompeti biex jinkiser rekord nazzjonali.

Il-Ħadd, 13 ta’ Lulju

Jum il-Festa

Il-quddies ikun fil-5.00a.m., 6.00a.m., 7.00a.m., 11.00a.m. u 6.00p.m. (Qrar: mis- 6.30 sal- 11.00a.m.) 8.45a.m.: Il-Kappillan, is- saċerdoti u l-abbatini jakkumpanjaw lill-E.T. Mons Isqof Mario Grech mir-residenza tiegħu għall-Knisja Parrokkjali. 9.00a.m. : Pontifikal Solenni mmexxi mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech J.U.L., J.C.D. fejn wara l-Vanġelu jwassal il- messaġġ tiegħu tal-okkażjoni. Tiġi esegwita l-quddiesa ‘in Honorem Assumptionis B.M.V’ mill-muzika tal-

Cappella Mons Martin Portelli, bis- sehem tat-tenur Joe Buttigieg, is- Sopran Ġorġina Gauci u l-Baritonu Pio Dalli flimkien mal-kor u l-orkestra.

  11.30a.m.: Marċ brijuż u popolari mill-Għaqda Mużiklali Sant’Antnin ta’ Birkirkara minn Pjazza Orvieto lejn Triq San Girgor.  Fi Triq Anton Calleja jsir il-briju popolari organizzat mill-Kummissjoni Marċi Brijużi sakemm il-marċ jiġi fi tmiemu quddiem iċ-Ċentru 8 ta’ Lulju. 6.00p.m.:

 

Quddiesa mmexija minn Dun Alex Refalo, Kollaboratur

Parrokkjali. 7.00p.m.: Il-komunitá parrokkjali tinġabar fil-knisja biex flimkien tfaħħar ‘l Alla u lill-Verġni Marija bit-talba ta’ l-Għasar.  Imexxi  l-Kappillan Dun Brian Mejlak.  7.30p.m.: Marċ mill-Banda Mnarja tan-Nadur.  7.45pm.: Il-Banda San Girgor tilqa’ l-ħruġ tal-purċissjoni bl-Innu Succurre Miseris ta’ Mro. Mark Gauci, versi ta’ Dun George Mercieca.  Wara ssellem lill-Madonna tas- Sokkors bl-innu Alla Beatissima Vergine del Soccorso, kompożizzjoni ta’ Mro. Willie Attard u versi ta’ Ġuże Serafino Cutajar, taħt id- direzzjoni ta’ Mro Mark Gauci, surmast direttur, bis- sehem tal-kor, it-tenur Mario Portelli u l-Baritonu Pio Dalli. Purċissjoni fit-toroq tal-Parroċċa bl-istatwa titulari tal-Madonna tas- Sokkors, immexxija minn Mons Karm Borg, bis- sehem tal-kleru tal-parroċċa, il- fratellanzi u l-Banda San Girgor li takkumpanja b’marċi reliġjużi u marjani. 8.30p.m. : Il-Banda Mnarja tan-Nadur iddoqq diversi marċi fi Pjazza San Girgor. 9.45p.m.: Il-Banda Mnarja tilqa’ x-xbieha tal-Madonna bid-daqq tal-Ave Maria minn fuq il-planċier bis- sehem tas -sopran Christabelle Formosa.  Il- Banda San Girgor flimkien mal-poplu ssellem lix-xbieha tal-Madonna tas- Sokkors fid-dħul tagħha fis-santwarju parrokkjali, permezz ta’ innijiet popolari.

 

Wara dħul solenni tal-istatwa devota ta’ Ommna tas- Sokkors bil-kant tal- Antifona Beatam me Dicent.   Tingħata l-Barka Sagramentali mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech.

Il-Mużika tat-Tridu, lejlet u nhar il- festa tkun taħt id-direzzjoni tal-Maestro Carmel P. Grech, Maestro di Cappella, bis- sehem tal-Kor u l-Orkestra Stella Maris flimkien mal-Kor tal-Parroċċa ‘San Girgor’.

Fejn mhux indikat mod ieħor, matul il-ġranet tan-novena, ikanta l-Kor tat-tfal tal-parroċċa taħt id-direzzjoni ta’ Christabelle Formosa. 

Il-Banda San Girgor tkun taħt id-direzzjoni tal-Mro Mark Gauci P.G.C.E., B.A. (Hons.) F.L.C.M., LL C.A. Mus.L.C.M.

In-nar tal-ajru huwa tal-kmamar tan-nar 15 t’Awwissu u Virtu Fireworks .

Il-funzjonijiet kollha ta’ matul in-novena u tal-festa ser jiġu mxandra fuq Radju Sokkors fuq il- frekwenza ta’ 95.1FM. 

ILKOLL IMĦEĠĠA BIEX NIĊĊELEBRAW FESTA NISRANIJA BILLI NATTENDU GĦAN-NOVENA U T-TRIDU

U NERSQU GĦAS-SAGRAMENTI TAL-QRAR U T-TQARBIN

Opri Ġodda · Restawr professjonali tal- faċċata tas- Santwarju Parrokkjali – għotja ġeneruża ta’ €75,000 mill-poplu ta’ Kerċem

Armar Ġdid mill-Għaqda tal-Armar Madonna tas-Sokkors · Statwa ġdida ta’ San Ġwann l-Evanġelista mill-istatwarju Pawlu Aquilina. · Dekorazzjoni u induratura tal-istatwa ta’ San Xmun minn Ġorġ u Josef Mizzi.

· L-ewwel bandalora minn sett ta’ tnax għal Pjazza San Girgor fuq disinn ta’ Joseph Cauchi, pittura ta’ Manuel Farrugia u sfumar ta’ Josef Camilleri.

· Tkomplija ta’ disa ’ labardi għall-antarjoli ta’ Pjazza Orvieto fuq disinn ta’ Joseph Cauchi u xogħol ta’ dekorazzjoni ta’ Twanny Zammit. · Tlestija tal-isfumar tal-pavaljuni ta’ Triq Xuxa mill-astist Josef Camilleri.

· Sett ta’ liedna ġdida għal Pjazza Salvatore Busuttil.


◄ back