JUL
30
Rekord gdid fil-loghob tan-nar tal-art f'Ta' Kercem

Il-Kunsill Lokali Ta' Kercem jixtieq jifrah lil Ghaqda tan-Nar Ta' Kercem kif ukoll lil Twanny Gauci, li b'hegga, b'ghaqda u dedikazzjoni kbira irnexxielhom igibu zewgt rekords nazzjonali fil-loghob tan-nar tal-art iehor gewwa r-rahal Ta' Kercem.  
 
 
Dan billi is-Sibt tal-Festa tal-Madonna tas-Sokkors nhar it-12 ta' Lulju 2014 harqu l-akbar ferrovija piroteknika. F' ghalqa kbira fi Triq il-Kalandrijiet li fiha saru strutturi differenti ta' nar tal-art u apparti l-irdieden li mdorrijin naraw lejliet il-festi kien hemm rapprezentazzjoni tal-ferrovija fuq il-linji li halliet Bieb il-Bombi, ghaddiet minn fuq l-akwadott u baqghet sejra sal-Ark ta' Fleur De Lys.  L-istrutturi kienu maghmulin minn injam irqiq u hadid li hafna drabi jigi riciklat wara li ma jkunux baqghu jigu uzati.  Minbarra l-ferrovija giet imhejjija ukoll karozza li tahdem bin-nar u anke taghha gie miksub certifikat mill-Malta Records ghall-akbar karozza piroteknika. 
 

◄ back