OCT
1
Ahbar tal-mewt tal-Kunsillier is-Sur Saverio Grech

 

Illum 1 ta' Ottubru 2014 ir-rahal Ta' Kercem sebah ixxukkjat bl-ahbar tal-mewt tal-Kunsillier is-Sur Saverio Grech, li miet fl-eta' ta' 67 sena.  Saverio ikkontesta ghall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ghal l-ewwel darba fis-sena 2001 fejn kien ghadu jokkupa il-kariga ta' Kunsillier ghal dawn l-ahhar 13 il-sena.  Kif jaf kulhadd Saverio kien bniedem li jhobb ir-rahal Ta' Kercem u dejjem ghamel minn kollox biex jara lir-rahal jimxi 'l quddiem.  Il-funeral tieghu ser isir ghada l-Hamis 2 ta' Ottubru 2014 fl-4pm mill-isptar Generali t'Ghawdex biex wara ssir il-quddiesa praesente cadavere fil-Knisja Parrokkjali Ta' Kercem fl-4.30pm.   

 
Is-Sindku, Vici Sindku, Kunsilliera, Chairperson u membri tal-Kumitat Amministrattiv ta' Santa Lucija flimkien mal-impjegati kollha tal-Kunsill Lokali Ta' Kercem jixtiequ juru d-dispjacir taghhom ghat-telfa ta' dan il-kollega, u jibaghtu l-kondoljanzi lill-familjari tieghu filwaqt li jiftakru fih fit-talb taghhom.

◄ back