APR
2
JUM TA' KERCEM 2014

 
Ic-celebrazzjoni ta' Jum Ta' Kercem saret nhar is-Sibt 29 ta' Marzu 2014, fis-Santwarju tal-Madonna tas-Sokkors b'quddiesa mmexxija mill-Kapillan Kan. Brian Meilaq, mill-kappillan emeritus Dun Frangisk Debrincat u Mons Girgor Grech.  Ezatt wara l-quddies bdiet ic-cerimonja ta' Jum Ta' Kercem.  Din ic-cerimonja giet animata mill-Kor Orkestra 'Stella Maris', is-Soprano Solo Georgina Gauci taht id-direzzjoni ta' Maestro Carmel P. Grech Maestro di Cappella Santwarju Madonna tas-Sokkors.  
 
 
 
Waqt din ic-cerimonja giet imhabbra il-persuna nominata ghar-rikonoxximent.  Din il-persuna kien hadd hlief il-kappillan emeritus Dun Frangisk Debrincat li serva u hadem b'hiltu kollha fis-Santwarju tal-Madonna tas-Sokkors ghal aktar minn 30 sena shah.  
 
 
 
Din is-sena il-Kunsill qabel ukoll, li peress li l-Kunsilli Lokali qed jiccellebraw gheluq l-20 sena mit-twaqqif taghhom, ghandu jigi nnominat is-Sur Amabile Grech ghal Gieh Ta' Kercem 2014.  Dan bhala rikonoxximnet tal-hidma li wettaq bhala l-ewwel rapprezentant fil-Kunsill Civiku ta' Ghawdex.  
 
 
Wara sar id-diskors tas-Sindku s-Sur Mario Azzoppardi fejn ta stampa hafifa tal-hidma tal-Kunsill matul is-sena li ghaddiet u l-qaghda finanzjarja tal-Kunsill.  Spjega ukoll kif il-Kunsill ser ikompli jahdem ghal gid tal-Komunita' Ta' Kercem u ta' Santa Lucija.  Fid-diskors tieghu is-Sindku fahhar u wera apprezzament lejn Dun Frangisk Debrincat, kif ukoll lejn is-Sur Amabile Grech.
 
 
 
Fuq talba tal-Kunsill Lokali Ta' Kercem inkiteb Innu lill-Kunsill mis-Sur Paul Gauci u bil-muzika tal-Mro. Carmel P. Grech.  Dan gie ipprezentat u rregalat lill-Kunsill u indaqq ghal ewwel darba f'din is-serata.  Dan l-innu intlaqa' tajjeb hafna min-nies prezenti ghal din l-okkazzjoni u fuq talba generali rega' indaqq ghat-tieni darba.  
 
 
 
Is-serata inghalqet b'diskors tal-okkazzjoni mill-Ministru ghal Ghawdex l-Onor. Anton Refalo fejn fost l-ohrajn fahhar il-hidma tal-Kunsill prezenti.
 
 
 
 
Wara li spiccat l-attivita' sar riceviment ghal kulhadd fis-sala Parrokkjali.
 
 
 
 
 

◄ back