MAY
11
Mara min Ta' Kercem taghmel volontarjat fil-missjoni gewwa l-Ethiopia

Il-Kunsill Lokali Ta' Kercem jinnota bi pjacir il-gest nobbli ta' volontarjat fil-missjoni gewwa l-Ethiopia ta' mara zaghzuha mir-rahal Ta' Kercem li ser tkun qed taghmel fix-xhur li gejjin.  Kif spjegat nibtet l-idea li ssir ikla fir-rahal taghna b'risq il-missjoni gewwa l-Ethiopia u l-fondi kollha migbura tipprezenthom Rebecca Spiteri fil-mawra taghha f' din il-missjoni.  Bi pjacir il-Kunsill Lokali Ta' Kercem qed jaghmel min kollox biex jghin lil Rebecca u b' hekk iheggeg lir-residenti kollha biex jikkoperaw maghha, billi jattendu ghal din l-ikla u barra minhekk min jixtieq jaghmel xi donazzjoni ghandu jaghmel dan fl-ufficcju tal-Kunsill.

 

 

Jiena Rebecca Spiteri residenti fir-rahal ta’ Kercem ghazilt li s-sajf li gej naghmel xoghol volontarju gewwa l-Etjopja bejn ix-xhur ta’ Gunju u Lulju f’ wahda mid-djar tas-sorijiet ta’ Gesu fil-proxxmu.  F’dawn il-postijiet ghad hemm faqar estrem li tista’ tghid tmissu b’idejk.  Hija tassew hasra li tara lil dawn it-tfal innocent f’halq il-mewt.  Ghalkemm dawn it-tfal huma neqsin minn hafna affarijiet bazici bhal ma huma l-ikel u l-ilma nadif li huwa tajjeb ghax xorb, xi haga li ghandhom zgur hija l-umilta’ u l-fiducja f’Alla.  Dawn in-nies huma mimlija b’innocenza, semplicita’ u ferh ta’ vera tant li jgalghuk tirealizza kemm il-bniedem ghalkemm ma jkollu xejn xorta jista jkun kuntent, sempliciment billi ikollu lil Alla f’qalbu.

 

Sabiex inferrhu daqxejn lil dawn it-tfal, gejt mitluba sabiex jekk inhu possibli niehu mieghi ghotja ta’ flus biex propriju nghinu lil dawn persuni li huma anqas ixxurtjati minna.  Ghalhekk gietni l-idea li tigi organizzata ikla b’risq il-missjoni fl-Etjopja nhar is-Sibt 31 ta’ Mejju fit-8.00pm Kercem stess, quddiem l-iskola tas-sorijiet bi prezz ta’ €12 il-kbar u €5 it-tfal.

 

Nixtieq naghmel appell biex min jixtieq li jaghmel xi donazzjoni jew min ghandu xi pitazzi u affarijiet ta’ l-iskola li jinsabu fi stat tajjeb kif ukoll, kull tip ta medicina jista’ jghaddihom lili sabiex inkun nista nehodhom mieghi. 

 

Filwaqt li nheggeg li tigu din l-ikla b’ghan nobbli minn qalbi nixtieq nirringrazzja li kull min b’xi mod jew iehor qed jghin biex din il-holma tieghi issir realta’.  Zgur li minghajr l-ghajnuna ta’ terzi persuni din l-attivita’ ma kienetx tkun possibli.

 

Alla jbierek kull ghotja li intom taghtu u jzomm idejh fuqkhom u l-familji taghkhom.

 

Grazzi mill-qalb

F’isem it-tfal ta’ l-Etjopja.


◄ back