APR
10
Twessiegh fi Triq Qasam San Gorg

Il-Kunsill Lokali Ta' Kercem ghal dawn l-ahhar xhur kien ilu ghaddej fuq xogholijiet ta' twessiegh ta' Triq Qasam San Gorg li kienet perikoluza mmens minhabba kantunieri dojoq u koroh.  Illum l-Enemalta mexxiet l-arbli taghha u ghalhekk ghaddej ix-xoghol ta' twessiegh u tindif f'din l-istess triq biex jigi eliminat kull periklu.  Dan sar wara diversi diskussjonijiet li kienu ilhom ghaddejjin bejn il-Kunsill Lokali u diversi entitajiet ohra sabiex ikun jista' jsir dan it-twessiegh.

 


◄ back