APR
8
Diskors tas-Sindku is-Sur Mario Azzopardi fl-okkazzjoni ta' Jum Ta' Kercem 2015

Kif jghid il-malti , kull bidu fih it-tmiem u propju llum qed inhejju biex naghlqu s-separju fuq din il-legislatura qasira ta` dan il-kunsill. Legislatura li bhala kunsill lokali ta` Kercem u kumitat amminnistrattiv ta` Santa Lucija, hdimmna flimkien, fhimna lil xulxin u ddecidejna flimkien. Izda bhall f`kull haga ohra kellna il-pozittivita u n –negattivita, is-sabih u l-ikrah , il-ferh u n-niket u xi haga negattiva ghall-ahhar li halliet dieqa kbira fostna llkoll kienet  telfa li  lkoll kemm ahna  hallietna xxukkjati. Matul  din il-legislatura, fi tmiem is-sena l-ohra garrabna telfa mhux biss ta` kollega jew habib izda ta` missier. Iva hekk kien ghalina Saver Grech. Fil-kunsill lokali kien Misssier li dejjem iggieled u baqa` sal-ahhar jistinka ghal-interessi tal-familja u l-ulied li f`dan il-kaz kienu shabu tal-kunsill u r-residenti ta Kercem. Hasra li tlifna is-servizz tieghu imma zgur  li l-memorja tieghu se tibqa maghna.

Hi fil-kultura taghna l-maltin u l-ghawdxin li nkunu negattivi pero l-lejla nistghu nkunu ftit pozittivi u naghtu harsa lura lejn dawn it-tlett snin ta` hidma kontinwa mill-kunsill tieghek u  ghalik.  Minkejja d-diffikultajiet li habbattna wiccna maghhom b`sodisfazzjon nghidu li kienu diversi l- progetti li dan il-kunsill ta` bidu jew kompla f`din il-legislatura u  li ghadna  ghaddejjin . Pero` qabel xejn irrid nirrimarka li ghalkemm hdimmna u stinkajna biex jitlestew dawn il-progetti, ghal din it-tielet sena wkoll ergajna  ghalaqna din is-sena finanzjarja tal-kunsill fuq nota pozittiva. Dan ghaliex li minbarra li b`ghaqal kbir stajna nkomplu nahdmu u naghtu s-servizzi taghna u nwettqu l-progetti li kellna f`mohhna, komplejna nhallsu kontijiet li wrietna u spiccajna din is-sena finanzjarja ghal darb`ohra minghajr deficit.  Minhabba l-fatt li kif qeghdt aktar qabel kienet legislatura qasira u f`qaghda finanzjarja xejn sabiha ghandna s-sodisfazzjon li wettaqna progetti li dehru li kien impossibbli li wiehed iwettaq.

L-ikbar sfida taghna kienet li nlestu u b hekk nibdew bhala kunsill noperaw mill-bini gdid  tac-centru civiku. Il-post li ghalina l-Kercmin issa sar it-tieni dar taghna u  b`diversi servizzi li jinaghtaw f`dan il One Stop Shop, tejjibnna il-kwalita` tal-hajja tar-residenti taghna ghal ahjar. Centru Civiku li rridu nkomplu nutilizzawh tant li qed issir applikazzjoni mal-MEPA biex niksbu l-permessi mehtiega biex tinbena sala fuq u l-quddiem noffru lil anzjani taghna servizz ta` Day Care Centre. Progett iehor li sar f`din il-legislatura kien it-tisbieh tal-madwar in-nicca tal-Madonna tal-Karmnu fejn irnexxielna nittrasfurmaw post mitluq fi gnejna sabiha fejn rajna ukoll  li nzommuha fl-ahjar stat possibbli matul is-sena kollha. Tajna bidu u qeghdin fl-ahhar fazi tat-tlestija ta`progett ambizzjuz hafna . Dak tat-twessiegh ta` parti tat-triq perikoluza fi triq Qasam San Gorg. Dan il-Kunsill fehem u ha l-prekawzjoni qabel ma sehhet xi dizgrazzja  ta` xi ncident tat-traffiku fatali  li ghalkemm kienu diversi ncidenti koroh li graw f`din it-triq, fortunatament ghall-kulhadd, qatt ma hallew vittmi. F`din t-triq qed ikun mahsub ukoll li naghmlu lqugh ghall-ilma tax-xita biex nevitaw l- ilmijiet li qed jikkawzaw  hsarat lil istess triq u periklu ghas-sewwieqa.

Inbeda progett iehor  fid-dahla u t-triq il-Lunzjata li minnha tidhol ghar-rahal ta` Kercem fuq immaniggjar ahjar tat-traffiku fejn marbut ma dan  tlesta monument artistiku mahdum minn iben dan ir-rahal, Fr. Roberto Gauci li fih jigbor l-istorja tar-rahal ta` Kercem. Nisperaw li fil-jiem li gejjin johrog il-permess biex ikun jista`  jitlesta dan il-progett.

B` fondi tal-UIF, ghamilna l-up grading tal-playing field  li jinsab fil-kumpless sportiv Raymond Mercieca fejn qed jigi komformi mal-istandards tal-MCCAA kif mitluba naghmlu. F`dan is-sit hloqna parkegg ghal madwar 40 karozza u anke rrangajna u sebbahna din –id-dahla ta` dan il-kumpless. Ghamilna bankini godda madwar l-stadium tal-futbol il-gdid bnejna hitan tas-sejjieh li jdawwar dan il-grawnd.

Irrangajna zewg sqaqien, dak fi triq Guzeppi Briffa u iehor fi triq Dr. Anton Calleja u komplejna nibnu Kilometri ta` hitan tas-sejjiegh kemm fil-qalba tar-rahal kif ukoll f`zoni urbani permezz tal-haddiema taghna. Ghamilna bankini godda u rrangajna ohrajn  li ma kienux daqsekk fi stat tajjeb.

B`fondi Ewropej  ukoll tajna bidu ghall-ewwel fazi tal-progett  fi triq Ghar Ilma wara li l-applikazzjoni taghna ghall-erba` u tletin elf ewro , giet milqugha. Taht din l-iskema, fejn iridu jigu rrangati toroq urbani qed nirrangaw parti minn din it-triq dizastruza biex jekk u meta titlesta kompletament, inkunu indirrizzajna wkoll l-pjaga tat-trakkijiet tar-radam li jterrqu ta ` kuljum mit-toroq taghna filwaqt li jikkawzaw periklu u nkonvenjenzi kbar ghar-residenti kemm f`ta` Kercem kif ukoll ta` Santa Lucija.

Hdimna ferm tajjeb mal-kumitat amminstrattiv ta` Santa Lucija u minn qalbi nirringazzjahom tal-kooperazzjoni assoluta taghhom  matul dawn l-ahhar tlett snin. Hekk ukoll nistghu nghidu ma l-ghaqdiet kollha u l-parrocca ta `Ta` Kercem, fejn flimkien maghhom tellajna  fost l-ohrajn  Skola sajf bl-isem ta` talenti +,   fitness sessions u Zumba classes, festivals bhall Festubru u ohrajn.  

Illum hbieb tieghi, marbut mal-attivita li ssir daba fis-sena ta` Jum Ta` Kercem qeghdin hawn ukoll biex ninawguraw progett iehor li l-Kunsill Lokali ta` Ta` Kercem qed jghaddi bhala rigal lil familji ta` din il-lokalita. Progett li jiswa  madwar 4 mitt elf ewro b`fondi ewropej u bl-ghajnuna tad-dipartiment tal-Gvern lokali. Gnien il-Familja, se jkun qed joffri spazju ta` rikreazzjoni u rilassament  ghall-familja kollha f`post sabih u attrezzat  fuq pjanta u disinn tal-Perit Gordon Vella u li ghal dan ix-xoghol nixtieq nghidlek, Grazzi tal-kapacita tieghek  u  Prosit Perit. Hu f`mument bhall dan  allura fejn irridu nirrikonoxxu u nifhmu aktar, l-importanza tal-kunsilli lokali u ta` dawk li volontarjament jahdmu u jiddedikaw hafna mill-hin taghhom b`risq il-lokalita. Zgur li kieku ma kienux il-kunsilli lokali hafna minn dawn il-progetti lanqas biss qatt stajna noholmu bihom.

Kif semmejt qabel, illum qed niccelebraw Jum il-lokalita`u bhal fi snin ohra u ma` din l-attivita` annwali jinaghtaw l-unuri ta` rikonoxximent. F`din l-okkazjoni  wkoll, issir c-cerimonja tal-ghoti tal-unur Gieh Ta` Kercem  kull meta jkun il-kaz li xi hadd mir-residenti jigi nnominat ghal dan il-gieh. Bhala rikonnoxximent ghal din is-sena, gew nominati zewg persuni .  Il-Kunsill loklali qabel li  ghandna nirrikonnoxxu  lil  Mario Apap bhala persuna li rabah l-unur  tal-isportiv tas-sena. Zgur li bix-xoghol, id-dedikazzjoni u l-imhabba li ghandu f`dan il-qasam, Mario,  mhux biss ghamel unur lilu nnifsu izda bhala residenti u iben ir-rahal ta` Kercem, irnexxielu jaghmel gieh lil dan l-istess rahal.  Prosit Mario.  It-tieni persuna nominat huwa Raymond Grech.  Anke f`dan il-kaz, il-Kunsill lokali ta` Kercem qabel unanimament li ghandna nirrikonoxxu lil Raymond li permezz tal-fotogafija jaghmel hafna xoghol volontarju kemm lil Kunsill kif ukoll lil parrocca u l-ghaqdiet fir-rahal ta` Kercem. Nawgura ghalhekk li aktar persuni jaraw u jirragunaw x` jistghu jaghtu  aktar milli x`jistghu jiehdu.  Grazzi Ray. Kien imiss li l-Kunsill lokali jiddeciedi jekk ghandux jinnomina persuna ghal-unur ta` gieh ta` Kercem ghas-sena 2015. Wara li ddiskutejna flimkien, qbilna lkoll u ddecidejna li dan l-unur ghandu jinghata lil Kanonku Dun Lino Vella bhala l-bniedem li flimkien ma ohrajn kien il-mohh fit-twelid tal Ghaqda Muzikali San Girgor fir-rahal ta` Kercem. Ghaqda li ghada tikber kuljum u li qed taghmel gid ghal bosta tfal, zaghzagh u anke adulti li permezz taghha jsibu r-rikreazzjoni taghhom u tghinhom jitbieghdu mill-vizzji. Ta` dan ix-xoghol u r-rigal sabih li flimkien ma ` ohrajn ghaddetu lir-rahal ta` Kercem f` ismi, f`isem shabi u r-residenti ta` Kercem u Santa Lucija nghidulek Grazzi u nwieghduk li nibqghu nitolbu ghalik biex il-Mulej ikompli jghinek biex taghmel aktar gid fil-missjonili Hu fdalek.

Nixtieq qabel naghlaq dan il-messagg naghmel xi ringrazzjamenti u nibda biex nirringrazzja lil Vici Sindku, s-sinjura Antoinette Borg tal-lealta` taghha u x-xoghol li tat matul dawnl-ahhar tmien snin qabel ma ddecidiet li ma tergax tikkontesta ghall-elezzjoni li gejja. Grazzi lil-shabi kollha f`dan il-Kunsill David Mizzi, Raymond Azzopardi u John Attard li mela l-post tal-mibki Saver Grech. Lilkom kollha nghidilkom Grazzi tal-lealta` taghkom u ghax dejjem hdimmna id f`id flimkien ksibna rizultati pozittivi u mixtieqa matul dawn it-tlett snin. Zgur ma nistax ma nsemmix lic-Cerpersin Alfred Stellini u lil-shabu tal-kumitat amministrattiv ta` Santa Lucija li fiz-zewg legislaturi ikkooperaw tant tajjeb u b`responsabbilita. Nassigurakom li dejjem zammew quddiem ghajnejhom dak li hu l-ahjar, ghaz-zewg lokalitajiet. Grazzi wkoll lis-segretarju amministrattiv u l-principal fil-kunsill li dejjem hadmu u mxew tant tajjeb kemm mal-membri tal-Kunsill kif ukoll mar-residenti ta` Kercem. Grazzi lil haddiema kollha tal-kunsill, lil kappillan tal-parrocca ta` Kercem u l-ghaqdiet kollha ta` dan ir-rahal.

L-ghaqda, it-tolleranza  u l-imhabba li kull wiehed u wahda minnha ghandu ghal-qalbu r-rahal ta` Kercem u Santa Lucija kien is-success mhux biss tal-Kunsill izda tar-rahal kollu. Fl-ahhar u mhux l-inqas Grazzi kbira lilkom  residenti ta` Kercem u Santa Lucija ghaliex bl-ghazliet tajba taghkom  irridu mmexxu l-Kunsill u r-rahal taghna.

Bdejt dan il-messagg tal-llejla billi qeghdt li kull bidu fih it-tmiem imma jekk irridu nkunu ottimisti , nemmnu ukoll li ma` kull tmiem hemm bidu u iva hbieb tieghi jien inhares lejn bidu gdid, f`legislatura gdida b`ottimizmu. Konvint li x-xoghol li ghamilna f` dawn it-tlett snin u matul l-ghoxrin sena li ilhom imwaqqfa l-kunsilli lokali hu apprezzat mill-hafna . Ghalhekk  inheggeg  lilkom residenti ta` Kercem u Santa Lucija li l-apprezzament taghkom ghax-xoghol kollu li sar mill-kunsill tieghek, turuh  nhar is-Sibt 11 ta` Marzu  permezz tal-vot taghkom u tmorru bi hgarkom ghal darb`ohra turu l-fiducja taghkom biex teleggu kunsill gdid, li bhal ta` qablu jifhem u jkun qrib  in-nies u li jibqa  jahdem fl-ahjar interess tar-residenti  ta` Kercem u Santa Lucija .

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


◄ back