OCT
20
AMBAXXATUR LOKALI TAZ-ZGHAZAGH

Jekk inti zaghzugh/a li ghandek aktar minn sittax-il sena u inqas minn tmintax-il sena, inti tista' tkun qed twassal il-vuci taz-zghazagh tal-lokalita' Ta' Kercem. L-Ambaxxatur Lokali taz-Zghazagh ikollu d-dritt li jippartecipa fil-laqghat tal-Kunsill Lokali bil-jedd li jista' jidhol f'diskussjoni imma minghajr dritt tal-vot.

 

Jekk int interessat/a li tkun l-Ambaxxatur Lokali taz-Zghazagh gewwa Ta' Kercem, inti mistieden/na li turi l-interess tieghek billi ccempel jew tibghat email lill-Kunsill Lokali Ta' Kercem fuq 21563666 jew kercem.lc@gov.mt sa nhar it-Tlieta 27 t'Ottubru 2015 f'12pm.


◄ back