 |
 |
|
News articles
MAY
4
|
Grupp ta Studenti mill-Universita ta’ Aberdeen f’Ta’ Kerċem |
Grupp ta sitt studenti mill-Universita ta’ Aberdeen għamlu żjara fir-raħal tagħna bħala parti mill-programm EDEN u inizjattivi relatati mal-ħajja rurali, agrikultura, u ambjentali tal-gżira tagħna. Dan il-grupp żar ir-raħal tagħna nhar il-Ħamis 3 ta’ Mejju.
Huma ntlaqgħu fil-Pjazza ta’ Santa Luċija miċ-chairman tal-Kumitat Amministrativ is-Sur Alfred Stellini. Min hemmhekk huma marru ...
read more...
|
MAY
3
|
Kors taż-Żumba f’Ta’ Kerċem |
Il-Kunsill Lokali Ta' Kerċem b'kollaborazzjoni mal-Kerċem Ajax F.C. u l-Kunsill Malta għall-Isport ser jorganizzaw kors taż-żumba ġewwa r-raħal tagħna. Għal aktar informazzjoni ċemplu l-uffiċju tal-Kunsill fuq 21563666. Data tal-għeluq tal-applikazzjonjiet hija l-Ġimgħa 11 ta' Mejju 2012.
read more...
|
MAY
2
|
Kunċert Mużikali f’Santa Luċija |
Nhar it-Tlieta, 1 ta' Mejju 2012, il-Kumitat Amministrattiv ta' Santa Luċija, flimkien mal-Fondazzjoni Ġwanni Pawlu II tellgħu kunċert mużikali fi Triq Klula, ġewwa Santa Luċija. Dan il-kunċert kien jinkludi diversi siltiet mużikali esegwiti mill-grupp lokali Harpeggios, bil-parteċipazzjoni tas-sopran żgħażugħa Christabelle Formosa.
Il-kunċert kien jinkludi mużika mill-isbaħ, esegwita permezz ...
read more...
|
APR
30
|
Unur ieħor għal Kerċem Ajax F.C. |
Jiġi fi tmiemu l-istaġun 2011/2012
Nhar is-Sibt li għadda ntlagħbet l-aħħar logħba mit-tim tar-raħal tagħna għall-istaġun 2011/2012. Fil-fatt din il-logħba ġabet it-tielet unur għal dan l-istaġun. Fil-final tas-Super Cup tat-tieni diviżjoni, it-tim tagħna għeleb lil Munxar Falcons bl'iskor kbir ta 7-0. L-iskorers tat-tim tagħna kienu Marlon Mamo (3), Malcolm Vella (2), Jean Paul Mizzi, u Leonard ...
read more...
|
APR
28
|
Jum iċ-Ċelebrazzjoni 2012 |
Nhar il-Ħamis 26 t'April saret Jum iċ-Ċelebrazzjoni 2012 fl-iskola primarja Peter Paul Grech. Matul din l-attivita ġie mtella programm varjat mill-istudenti tal-iskola. Il-qofol tal-attivita ntlaħaq meta diversi studenti ġew premjati għas-suċċessi miksuba matul is-sena skolastika. Is-Sindku Mario Azzopardi flimkien mal-Kunsilliera Saverio Grech u Raymond Azzopardi kienu preżenti għal din ...
read more...
|
APR
22
|
Kerċem Ajax F.C. preżentati bit-Trofew tat-Tieni Diviżjoni |
Nhar is-Sibt 21 t'April, it-tim tar-raħal tagħna lagħab l-aħħar logħba tal-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni kontra Oratory Youths. Il-Gozo Stadium kien armat kollu bil-kuluri aħdar u abjad għal din l-okkażjoni. It-tim tagħna ħareġ fil-ground flimkien mat-tfal tan-nursery li kienu preżenti ukoll għal dan il-jum importanti. Waqt il-logħba kien hemm numru mdaqqas ta spettaturi Kerċmin u għal l-okkażjoni ...
read more...
|
|
|
|