Il-Knisja ta' Santa Lucija Vergni u Martri

Il-Knisja dedikata f'Ghawdex lil qaddisa vergni u martri Santa Lucija tinsab f'rahal zghir li jgib l-istess isem ftit 'l boghod mir-rahal l-iehor forsi iktar maghruf ta' Kercem. Infatti ghal fini ta' amministrazzjoni civili u ekklezjastika, Santa Lucija hija meqjusa mal-lokalita' ta' Kercem.

Min kienet Santa Lucija?

Santa Lucija kienet zghazugha minn Sirakuza fi Sqallija li twieldet ghall-habta tas-sena 280-285 WK. Trabbiet f'familja nobbli li kienet nisranija. Meta kienet ghadha adoloxxenti (12-15 sena), ommha mardet serjament u Lucija haditha u talbet ghall-fejqan taghha fuq il-qabar ta' martri ohra famuza ta' Sqallija li kienet Sant'Agata ta' Catania. Din il-qaddisa kienet mietet xi 50 sena qabel fil-persekuzzjoni ta' imperatur Decju. Lucija qalghet il-grazzja tal-fejqan ghall-ommha, u b'ringrazzjament weghdet li toffri l-vergnita' taghha lil Alla.

Biex ma' tmurx kontra l-vot tal-vergnita', Lucija rrifjutat li tizzewweg wiehed nobbli zghazugh pagan. Mghaddab ghaliha, dan iz-zghazugh mar jakkuzaha li kienet nisranija. F'dan iz-zmien l-imperatur Djoklezjanu kien hareg editt ta' persekuzzjoni (24/3/303) kontra l-insara kollha fl-imperu tieghu. U hekk Lucija kellha tkun wahda mill-ewwel vittmi ta' din il-persekuzzjoni.

Ipprovaw iggieghluha tirrinunzja l-fidi li kienet thaddan, pero' baqghet soda fi twemminha u ghalhekk giet ittorturata b'diversi modi: swat, hruq u fl-ahhar tawha l-mewt billi qatghulha l-vina principali ta' ghonqha. Kien fit-13 ta' Dicembru tas-sena 304. Kellha madwar 20 sena.

Fl-Arti Sagra lil Santa Lucija narawha bil-palma jew gilju f'idha bhala simbolu tar-rebha taghha bhala martri ghal Kristu u simbolu tal-vergnita' taghha li hi offriet lil Kristu l-gharus taghha. F'id ohra dejjem narawha bi platt b'zewg ghajnejn fih bhala simbolu ta' isimha Lucija li bil-latin ifisser 'dawl'.

Hija l-qaddisa patruna tal-ghomja, dawk neqsin mid-dawl jew ibatu minn xi mard fl-ghajnejn.

Devozzjoni ta' Santa Lucija fi gziritna Peress li Sqallija hija art qrib taghna, il-kult lejn din il-qaddisa xtered malajr, u c-centru tad-devozzjoni taghha f'Ghawdex sa mill-ewwel zmenijiet kienu l-inhawi maghrufa bhala tal-Qabbieza, illum maghruf bhala r-rahal ta' Santa Lucija.

Mhux maghruf meta nbniet l-ewwel kappella lil din il-qaddisa, izda zgur li iktar minn 400 sena ilu. Tant li meta l-Vizitatur Apostoliku Mons. Pietru Duzina ghamel zjara f'dawk l-inhawi lejn nofs is-sena 1575 sab kappella zghira ddedikata lil Santa Lucija. Tissemma wkoll fi zjajjar pastorali ohra: tal-1608 fi zmien l-Isqof Mons. Tomaso Gargallo u fil-1615 fi zmien l-Isqof Mons. Baldassare Cagliares. Kienet isservi ghat-talb tad-devoti ta' Santa Lucija u anke ghal hafna bdiewa li kienu jahdmu fir-raba' fertili ta' dawk l-inhawi.

Il-Knisja ta' Santa Lucija

Il-Knisja li nsibu llum taf l-origini taghha mill-kappella li nbniet mijiet ta' snin ilu. Maz-zmien din il-kappella ckejkna tkabbret biex taghmel tajjeb ghall-kumdita' tan-nies tal-post li kienu qeghdin jizdiedu. Kisbet certa mportanza meta bejn is-snin 1848-1851 serviet ta' vici parrocca ghall-istess lokal u anke ghal Kercem, peress li l-knisja ta' San Girgor il-Kbir, Papa, kienet ghadha qeghda tinbena. Aktar tard din il-knisja saret il-knisja parrokkjali meta Kercem sar parrocca fl-1885.

Matul dan is-seklu sar tkabbir strutturali fil-knisja. Sal-1908 kienet saret il-faccata gdida u fuqha inbena l-kampnar. Wara t-tieni gwerra dinjija nbnew iz-zewg kappelluni lateraliu ngabu sett ta' 4 qniepen minghand id-Ditta Taylor fl-1948. Ir-Rettur ta' dak iz-zmien, Dun Anton Grima stinka hafna wkoll biex izejjen il-knisja minn gewwa: ghamel id-damask ghall-pilastri kollha, l-artal maggur tal-irham, il-kanapew u ventartal tal-festa li huma tal-bellus ahmar u rrakkmati bid-deheb.

Il-Knisja hija mibnija f'forma ta' salib latin. L-inkwadri tal-artali li huma tlieta huma qodma hafna u s'issa ghadna ma' nafux minn huma l-awturi taghhom. Il-kwadru titulari jirrapprezenta lil Santa Lucija bil-palma f'idha u par ghajnejn fi platt li jissimboliggja r-rebha tal-martirju u d-dawl tal-fidi nisranija. Hi tidher qeghda titlob lil Madonna biex tintercedi ghall-erwieh tal-Purgatorju.

L-inkwadri tal-artali tal-gnub huma ddedikati lil San Pietru u San Pawl u l-iehor il-Harba tas-Sagra Familja lejn l-Egittu. Dawn l-inkwadri aktarx huma xoghol tal-bidu tas-sette cetno. It-tlett inkwadri ghandhom prospettiva ta' madwarhom ta' skultura barokka.

L-istatwa ta' Santa Lucija hija fost l-ewwel xogholijiet tal-maghruf statwarju Ghawdxi, Wistin Camilleri: xoghol sabieh tal-kartapesta li kien sar fis-sena 1920. Sa ftit zmien ilu kienet issir il-festa ta' gewwa bi tlett ijiem tat-Tridu, Translazzjoni s-Sibt fil-ghaxija, quddiesa pontifikali l-Hadd filghodu mill-Isqof Djocesan. Mis-sena 1991 bdiet tohrog ukoll il-Purcissjoni bl-istatwa ta' Santa Lucija wara l-kant tat-ll Ghasar il-Hadd filghaxija. Din il-purcissjoni tkun akkompanjata bil-banda.

Ic-celebrazzjoni tal-festa esterna ssir dejjem il-Hadd l-eqreb lejn it-13 ta' Dicembru, li huwa jum il-festa Liturgika ta' Santa Lucija. Infatti f'dawn il-jiem jigu bosta devoti minn l-inhawi kollha t'Ghawdex u anke diversi minn Malta, specjalment meta t-temp ikun jippermetti.
Ir-rahal ta' Kercem, fil-lbic tal-belt Victoria, jinsab bejn il-wied pittoresk tal-Lunzjata u l-gholjiet tal-Mixta, ta' Ghar Ilma u ta' Dbiegi. Jasal sa' l-Ghadira ta' San Raflu u sa l-irdumijiet tax-Xlendi.

Il-kelma "Kercem"

L-etimologija tal-kelma "Kercem" hija ncerta. Diversi kienu dawk li matul iz-zmenijiet ippruvaw jaghtu tifsira taghha, imma hadd ma' jisher li wasal ghal definizzjoni certa. L-ewwel darba li jissemma "Kercem" hu fis-sena 1587, u fost l-istorici li taw xi interpretazzjoni ta' din il-kelma nsibu lill-Kanonku Gann Piet Frangisk Agius de Soldanis, lil Dunstan G. Bellanti, u l-aktar recenti lil Mons. Dr. Joseph Bezzina, li jghid li jaqbel ma' De Soldanis, li l-kelma "Kercem' hija mnissla minn xi laqam ta' familja li setghet, fl-imghoddi mbieghed, kienet tghix f'dawn l-inhawi. l-Arma ta' Kercem

L-arma ta' Kercem, rikka fis-semplicità taghha, tikkonsisti fi tlett crieki tad-deheb fuq sfond ahmar.

Il-motto

Il-motto tar-rahal, "Flectar non Frangar" - "Mghawweg mhux Miksur", imnebbah aktarx mis-sigra tal-ballut (bil-latin "Quercus", li minnha hemm min jghid li hija mnissla l-kelma "Kercem", irid jirrifletti l-karattru sod tal-Kercmin.

Fdalijiet Storici

L-inhawi ta' Kercem kienu mghammra mill-bniedem sa' mill-ibghad zmenijiet. Xhieda ta' dan huma l-fdalijiet tal-fazi Ghar Dalam (5000-4500 Q.K.) li nstabu fl-Gherien tal-Mixta 'l gewwa mill-Knisja ta' Santa Lucija; fdalijiet ohra ta' dar ta' zmien il-Fenici li nstabu fis-sena 1906 waqt il-qtugh tal-gebel ghat-tkabbir tal-Knisja Parrokkjali u ohrajn ta' Santwarju Puniku (300Q.K.) li nstabu f'Ras il-Wardija mill-Missjoni Arkeologika Taljana fl-1964-1965. (Ras il-Wardija llum hija parti mit-territorju tar-rahal ta' San Lawrenz, imma ghal xi zmien kienet ukoll parti mir-rahal ta' Kercem li l-limiti tieghu kienu jaslu sad-Dahla tad-Dwejra bit-Torri u l-gebla tal-General). Xhieda ohra ta' abitazzjoni bikrija huma l-Banjijiet Rumani li nstabu fl-inhawi ta' Ghar Gherduf u li llum b'xorti hazina jinsabu mirduma. Fil-konfini tar-rahal ta' Kercem insibu wkoll il-fdalijiet ta' Ghar Gherduf li xi darba kien cimiterju Kristjan tat-tielet seklu. Dwar dan ic-cimiterju jew, kif isejjahlu De Soldanis, "katakombi", l-istess storiku jghid li "ghandu l-istess ghamla li ghandhom il-katakombi tant sbieh tar-Rabat ta' l-Imdina", u jkompli jghid "ma' jaqbilx maghhom biss f'dan, li waqt li dawk ta' l-Imdina huma taht l-art, taghna hu fil-wicc,…"

Il-Kataombi ta' Ghar Gherduf u l-kappelli antiki fl-inhawi ta' Kercem (ta' San Girgor, ta' Santa Lucija, ta' Sant Anton Abbati, ta' San Gorg, ta' San Guzepp, ta' Santa Katarina u ohrajn), li llum kwazi kollha nqerdu ghal kollox, huma xhieda li minn zmenijiet bikrin, l-insara ta' din il-gzira fittxew dawn l-inhawi ghal skopijiet religjuzi. Aktarx ma' nkunux nizbaljaw jekk nghidu li dan ir-rahal beda jifforma ruhu madwar wahda minn dawn il-kappella li missirijietna bnew fin-naha ta' fuq tar-rahal f'gieh Santa Katarina ta' Lixandra fiz-zmenijiet medjevali. Minn censiment tas-sena 1657, x'aktarx li n-nies li kienu joqghodu fil-vicinanzi taghha bdew, bil-mod il-mod, jinzlu 'l isfel fl-inhawi ta' Santa Lucija, u aktar 'l quddiem fl-inhawi ta' Kercem fejn il-Kappella ta' San Girgor il-Kbir Papa, mibnija lejn is-sena 1581, kienet qed tiehu certa mportanza minhabba l-purcissjoni tradizzjonali tat-12 ta' Marzu, purcissjoni li kienet ghadha ssir sas-sena 1967.

Hawn, madwar il-kappella ta' San Girgor, beda jizviluppa r-rahal ta' kercem kif nafuh illum. Rahal ckejken. Popolazzjoni zghira li bdiet tikber bil-mod, sakemm beda jinhass il-bzonn li tinbeda knisja gdida, ikbar. Din il-knisja bdiet tinbena fl-1846, u fit-23 ta' Novembru 1851 kienet lesta u mbierka u miftuha ghall-pubbliku. Aktar 'l quddiem, fl-1885, din l-istess knisja saret Parrocca fi zmien l-Isqof Mons. Pietru Pace.

Skejjel f'Kercem

Ftit wara t-twaqqif tal-Parrocca, ezattament fid-9 ta' Jannar 1893, fir-rahal infethet l-ewwel skola li kienet immexxija mis-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesù; però din, ghal xi raguni jew ohra, ma' kelliex hajja twila u fl-1921 infethet l-ewwel skola tal-Gvern f'dar fi Triq San Girgor. Ftit wara, ezattament fil-11 ta' Novembru 1923, din l-iskola giet trasferita ghal Triq Sarg fejn kienet inbniet skola kbira u moderna li ghal hafna snin kienet tilqa' fiha studenti minn diversi rhula ta' Ghawdex. Sa mis-sena 1957 f'Kercem kien hawn ukoll Skola Privata - l-iskola Santa Teresa - li hija mmexxija mis-Sorijiet Karmelitani ta' Santa Teresina li f'istess sena kienu fethu f'Kercem l-ewwel kunvent taghhom fil-Gzejjer Maltin.

Twaqqif tal-Kercem Ajax FC

Is-sena 1953 timmarka grajja ohra mportanti fl-istorja ta' Kercem. Kien twaqqaf it-tim tal-futbol "Kercem Ajax", li originarjament kellu l-kazin tieghu fi Triq San Girgor. Illum ghandu klabb modern ferm attrezzat fi Triq Wenzu Mintoff fiz-zona msejha "tax-Xaghri".

Kunsill Lokali

Pagna gdida fl-istorja recenti ta' dan ir-rahal inkitbet fis-sena 1994, meta ghall-ewwel darba l-poplu elegga l-ewwel Kunsill Lokali bl-ewwel Sindku s-Sur Paul Gauci. Is-Sindku attwali, huwa s-Sur Joseph Grima.

Ghaqda Muzikali San Girgor

Illum ir-rahal ta' Kercem ghandu sahansitra l-Banda tieghu. L-Ghaqda Muzikali "San Girgor" twaqqfet fis-sena 1997, u diga qed taghti s-sehem taghha f'diversi avvenimenti religjuzi u f'okkazjonijiet ohra socjali li jigu organizzati fir-rahal matul is-sena.

Ir-rahal ta' Kercem: rahal zghir bil-popolazzjoni tieghu tilhaq madwar 1700 persuna, imma huwa rahal zaghzugh, mimli energija u sens ta' inizjattiva li jidhru l-aktar fl-okkazjonijiet annwali l-kbar, il-festi tal-Patruni, il-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, il-Fiera Festa ta' l-Ghadira, I-Milied, il-Karnival u avvenimenti ohra li jsehhu minn zmien ghal zmien fil-Gzira Ghawdxija.
Kercem sar Parrocca fl-10 ta' Marzu 1885 meta bil-Bolla "Nostro Pastoralis", il-Papa Leone Xlll fired il-Knisja Vicendarju ta' dan ir-rahal ill-Knisja Katidrali ta' Ghawdex u waqqafha f'parrocca indipendenti that il-harsien ta' San Girgor il-Kbir Papa.

L-ewwel Knisja ddedikata lil San Girgor f'Kercem, mibnija lejn is-sena 1581, kienet tinsab sewwa sew fejn jibda l-Wied tal-Lunzjata hekk kif tibda tiela lejn Triq Xuxa. Kienet Kappella ckejkna bhal hafna ohrajn imxerrda mal-kampanja Ghawdxija. Mibnija b'filliera ta' tlett hnejjiet u msaqqfa bix-xorok. Meta r-rahal beda jizviluppa, l-kappella ta' San Girgor saret zghira wisq ghall-poplu li kien beda jikber. Inhass il-bzonn ta' Knisja akbar u aktar fil-qalba. Kien hawn li certu Frangisk Camilleri negozjant mir-Rabat u martu Rosina, ddecidew li jidhlu huma ghall-ispejjez tal-Knisja l-gdida ta' San Girgor fir-rahal ta' Kercem. Wara li saru t-thejjijiet mehtiega u giet maghzula l-art li fuqha kellha tinbena l-Knisja, nhar it-30 ta' Ottubru 1843, l-Arcisqof Francesco Saverio Caruana ta formalment l-permess tieghu ghall-Knisja l-gdida.

L-ewwel gebla tal-Knisja l-gdida tqieghdet nhar il-Festa ta' San Girgor, fit-12 ta' Marzu 1846, mill-Pro Vigarju l-Kanonku Dun Mikiel Cassar u l-bini baqa' tiela fuq pjanta tal-Kanonku Dun Salv Bondi` sakemm tlestiet, u fit-23 ta' Novembru 1851, giet imbierka mill-Pro Vigarju Dun Tumas Pace.

Sadanittant, meta fl-1 ta' Settembru 1848, l-Isqof Publiju Marija Santa zar il-bini tal-Knisja l-gdida ta' San Girgor, waqqaf il-hara ta' Kercem bhala Vici Parrocca. L-ewwel Vicendarju, Dun Guzepp Cachia, kellu temporanjament jaqdi d-doveri tieghu fil-Knisja ta' Santa Lucija sakemm kellha titlesta l-knisja l-gdida ta' San Girgor.

Meta tlesta l-bini, l-Knisja l-gdida bdiet tigi mghammra bl-opri mehtiega, u bdiet tizzejjen b'diversi xoghlijiet ta' l-arti. Fost l-ewwel xogholijiet insibu l-kwadru titulari, li kien tpitter f'Ruma fis-sena 1854, xoghol kapulavur tal-artist Salvatore Busuttil.

Il-Knisja ta' San Girgor saret parrocca fi zmien Dun Guzepp Vella, l-ahhar Vicendarju u li aktar 'l quddiem, fit-30 ta' Gunju 1885, gie elett bhala l-ewwel kappillan ta' Kercem. L-Isqof Pietru Pace, bid-Digriet "Visa Istantia" tad-19 ta' Gunju 1885, qataghha li l-Knisja ta' San Girgor f'Kercem tibda tiffunzjona bhala Parrocca mill-Hamis 25 ta' Gunju 1885. Ftit wara, ezattament fis-17 ta' Awissu 1885, b'digriet tal-Kongregazzjoni tar-Riti, ffirmat mill-Kardinal Prefett Domenico Bartolini, l-Kongregazzjoni ddikjarat lill-Madonna tas-Sokkors kon-titulari flimkien ma' San Girgor, u ffissat ic-celebrazzjoni tal-festa ta' Madonna tas-Sokkors ghat-tieni Hadd ta' Lulju. Sa dak in-nhar il-festa tal-Madonna tas-Sokkors kienet issir fir-raba' Hadd t'Ottubru.

Minn dak in-nhar 'l hawn il-Parrocca kompliet torganizza ruhha. Twaqqfu l-Fratellanzi (1885), u bdew maz-zmien jizdiedu wkoll l-ghaqdiet religjuzi fosthom l-Ghaqda ta' l-Apostolat tat-Talb u l-"Pia Unione" tal-Qalb ta' Gesu (1886), il-"Figlie di Maria", l-Azzjoni Kattolika (1933), il-Legjun ta' Marija (1953), il-Museum (1963) u t-Terzjarji Karmelitani (1993). Din l-ahhar ghaqda twaqqfet mis-Sorijiet Karmelitani ta' Santa Tereza tal-Bambin Gesu li kienu fethu l-ewwel kunvent taghhom f'Kercem fis-sena 1957. Ma' dawn jixraq insemmu gruppi ohra fi hdan il-Parrocca li huma l-grupp ta' l-Abbatini (1885), il-Kor San Girgor (1973), u l-Ghaqda Zghazagh Armar (1991), tlett ghaqdiet li jaghtu kontribut ferm siewi lill-Parrocca matul is-sena kollha.

Il-poplu tar-rahal maz-zmien kompla jikber u fl-ewwel snin tas-seklu 20 beda jinhass il-bzonn li titkabbar ukoll il-Knisja Parrokkjali. It-tkabbir tal-Knsja sar fi zmien il-Kappillan Dun Frangisk Portelli bejn is-snin 1906-1910. Inbnew il-kappelluni tal-Qalb ta' Gesu' I tal-Madonna tal-Karmnu flimkien mal-kor u l-koppla u hekk il-Knisja li qabel kienet tikkonsisti biss fin-navata centrali, issa hadet forma ta' salib latin kif nafuha llum. Kompliet tigi mzejna bl-opri mehtiega sakemm imbaghad giet ikkonsagrata mill-Isqof Giovanni Maria Camilleri nhar it-22 t'Ottubru 1911.

Minn dak in-nhar sal-lum, ix-xoghlijiet fil-Knisja u l-opri ta' l-arti ma' waqfux. Sar il-paviment tar-rham (1929), l-iskultura (1930-1934), il-pittura tas-saqaf (1937-1943), l-artal mejda tar-rham (1980), paramenti sagri, u mitt oggett iehor li llum izejnu din il-Parrocca.

Kif kien xieraq, fl-1985, b'inizjattiva tal-Kappillan il-Kan. Dun Frangisk Debrincat tfakkar solennament l-ewwel centinarju mit-twaqqif tal-Parrocca. Il-festi kommemorattivi saru bejn il-25 ta' Gunju u l-14 ta' Lulju 1885, u lahqu l-qofol taghhom bl-inkurunazzjoni tal-Madonna tas-Sokkors fil-Kwadru Titulari mill-E.T. Mons Isqof Nikol G. Cauchi, nhar id-9 ta' Lulju 1985. Il-funzjonijiet fi tmiem dawn ic-celebrazzjonijiet kommemorattivi kienu tmexxew mill-Kardinal Pietro Palazzini, dak iz-zmien Prefett tas-Sagra Kongregazzjoni ghall-Kawzi tal-Qaddisin.

Il-festi kbar li saru fl-1985, fl-okkazjoni ta' l-Ewwel Centinarju tal-Parrocca holqu certu entuzjazmu fil-poplu ta' dan ir-rahal, u zgur li taw spinta 'l quddiem lill-organizzazzjoni taz-zewg festi titulari li l-kommunita' ticcelebra kull sena.

Madre Margerita Debrincat

Fost il-Kercmin li bis-sehem taghhom fin-nisga ta' l-istorja ghamlu gieh mhux biss lil Kercem imma wkoll lil Ghawdex, teccella l-figura ta' Madre Margerita Debrincat. Imwielda f'Kercem fit-28 ta' Novembru 1862, minn genituri Kercmin, Mikelang u Katerina nee Gauci, propju fit-22 ta' Jannar 2002, ghalqet 50 sena mejta.

Flimkien ma' Dun Guzepp Diacono hija waqqfet l-ikbar kongregazzjoni li qatt originat mill-gzejjer taghna, il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesù. Kienet Madre Margerita li bdiet tiftah il-kunventi ta' dawn is-sorijiet 'l hinn mix-xtut ta' pajjizna. Stinkat biex is-sorijiet tal-Kongregazzjoni taghha jifthu skejjel biex jilqghu t-tfal, specjalment lil dawk li gejjin minn familji bil-bzonn.

Fuq il-passi ta' Dun Guzepp Diacono, kompliet tghallem il-bizzilla mill-kunventi taghha halli tghin lill-mara Ghawdxija taqla xi haga aktar ghall-familja. Hegget lis-sorijiet biex jaghtu attenzjoni lit-tfajliet u filwaqt li jippreparawhom ghal-hajja, joffrulhom lezzjonijiet tal-hjata, rakkmu, muzika u arti. Gharfet il-bzonn li hi u s-sorijiet taghha jkunu prezenti fid-djar tat-tfal, bhalma kien l-Istitut ta' San Guzepp u l-Istitut ta' Fra Diego, it-tnejn fil-Hamrun, Malta.

L-imhabba li kellha lejn l-emigranti Maltin u Ghawdxin, wasslitha biex tibghat lis-sorijiet taghha f'Korfu fil-Grecja, biex jiehdu hsieb lil dawk il-Maltin li emigraw hemmekk minhabba xoghol. Din il-hidma flimkien ma' hajja ta' spiritwalità profonda ghamlu mill-Madre Margerita kandidata ghall-Beatifikazzjoni. Infatti, mis-sena 2000 'l hawn il-kawza ghall-beatifikazzjoni ta' din il-Qaddeja t'Alla qed tigi studjata mill-Kongregazzjoni ghall-Qaddisin fil-Vatikan.

Li kieku "Gieh Kercem" huwa rikonoxximent li jista jinghata lil xi hadd wara mewtu, min hu idonju aktar minn Madre Margerita?!
Anton Calleja

Anton Calleja twieled f'Kercem, Ghawdex, fid-9 ta' Dicembru, 1921, u miet fl-isptar San Luqa nhar il-Gimgha l-Kbira, 1976. Kellu l-ufficcju t'avukat fi Triq Palma, r-Rabat Ghawdex.

Kien membru attiv ta' l-Assemblea Legislattiva taht il-Prim Ministru Pawlu Boffa.

Anton kien igib rispett lil kulhadd sew bil-kliem u sew bil-ghemil. Kellu ghal qalbu hafna l-Ghaqda Inkapacitati Ghawdxin li taghha kien fundatur. Kont tarah dejjem b'xi ktieb f'idejh ghax kien ihobb hafna l-letteratura. Kont tarah bi tbissima f'wiccu lest biex jirrakkonta xi cajta lil xi hadd tal-qalba ghax Toni kellu sens fin ta' umorizmu.

Id-delizzju tieghu kien il-gnien: igharbel il-hamrija u jlesti l-art u l-qsari ghax-xtieli jew zerriegha. Fil-ghaxija kien iqatta' xi siegha ma' xi hbieb ic-Circolo Gozitano jew kif isibuh il-Kazin tas-Sinjuri.

Kien ihobb 'il Ghawdex l-izjed il-kampanja. Meta kien isib ruhu f'xi rokna li tolqtu bil-gmiel, kien ihoss izjed il-prezenza t'Alla. Wicc imb'wicc mas-salib kien ighid: "Hekk ghogbu Alla" u qatt ma lmenta jew beza'. Wiehed Ingliz li ghal xi zmien kien joqghod fi Triq Gajdoru x-Xaghra, u li ftit kien ihabbel mohhu bi Kristu, darba qal: "I saw Christ in Anton".

Dr. Calleja, bhala student wera li kellu xejra ghall-kitba bhalma jixhdu l-editorjali ta' 'Lehen il-Malti' u xi novelli u xoghol iehor li dehru f'din ir-rivista. Bhala editur tal-gazzetta tal-Partit Ghawdxi 'Lehen Ghawdex', kien imidd ghonqu ghall-kitba. Meta kien fl-eqqel tal-karriera tieghu, ftit kien jikteb ghall-pubbliku hlief meta kien jigi mitlub. Mal-karti perunali tieghu, instabu poeziji u bicciet tal-proza.

Xi ftit wara li miet, kien gie jarani Mons. Professur Karm Sant, President tal-kumitat ta' l-Ghaqda tal-Malti (Universita'). Giebli xi ittri, bicca bl-Ingliz u bicca bil-Malti, li Toni kien baghatlu fi zmien il-gwerra meta t-tnejn kienu ghadhom studenti. Il-Professur Sant talabni l-peremss biex ikun jista' jippublika dawn l-ittri f'numru specjali ta' 'Lehen il-Malti' ad unur tal-Professur Guze' Aquilina. Il-Professur kitibli hekk: "L-ittri ta' huk inghobu u kulhadd jistaqsini min hu u x'sar minnu. Ghalhekk l-artiku sewa xi haga".

Hbieb ohra ta' l-Avukat Calleja, fosthom il-Prokuratur Legali Marcell Mizzi, hajruni nigbor il-kitba tieghu fi ktieb. Meddejt ghonqi ghal din il-bicca xoghol u b'sens u fl-1980 ippublikajt il-kiteb 'Frak mill-Hajja'.
Kav. Peter Paul Grech

Il-Kav. Peter Paul Grech twieled f'Kercem Ghawdex fit-28 ta' Gunju, 1930, u miet fid-29 ta' Marzu, 1983. Wara li studja fis-Seminjarju huwa lahaq ghalliem fl-iskejjel Primarji tal-Gvern fl-1951. Wara sentejn ta' tahrig fil-Kullegg ta' l-Ghalliema, fl-1954 kompla jghallem fl-iskejjel Primarji sa l-1958. Matul dan iz-zmien huwa kompla jistudja u gie maghzul biex jghallem l-Ingliz fl-iskejjel sekondarji. Fl-1961 huwa kien inghata Scholarship ta' sena fl-Universita' ta' Leicester, fl-Ingilterra, fejn tharreg b'mod specjali fit-taghlim ta' l-Ingliz. Sentejn wara, is-Sur Grech inghata Scholarship iehor, din id-darba fl-Universita' ta' Malta u sentejn biss wara ha l-B.A. (Hons.). Tmintax-il xahar wara hwa ha l-M.A. bit-tezi "Jew of Malta" wara xoghol ta' ricerka li huwa ghamel fl-Universita' ta' Oxford, Cambridge, Londra u Malta.

Fl-1966, huwa kien inhatar Assistent Kap fl-Istitut Tekniku ta' Rahal Gdid u sena wara Kap tal-Kumpless tal-Liceo, Victoria. Fl-1970 is-Sur Peter Paul Grech lahaq Chief Inspector ta' l-Edukazzjoni ghal Ghawdex u ftit snin wara, Assistent Direttur ta' l-Edukazzjoni.

Matul dan iz-zmien kollu, dan il-bniedem kien imdahhal f'bosta ghaqdiet u kumitati ta' xejriet differenti u beda bosta inizjattivi li ghadhom jidhru u jiffunzjonaw sa llum.